Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Lulju 2009
PDF 1338k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU II  : PROĊEDURI LEĠISLATTIVI, TAL-BAĠIT U OĦRAJN
KAPITOLU 11  : PROĊEDURI OĦRA

Artikolu 86  : Kodifikazzjoni

1.    Meta proposta tal-Kummissjoni għall-kodifikazzjoni ta' leġiżlazzjoni tal-Komunità tiġi ppreżentata lill-Parlament, din għandha titressaq quddiem il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali. Dan il-Kumitat għandu jeżaminaha skond l-arranġamenti milħuqa fuq livell interistituzzjonali (1) sabiex jaċċerta ruħu li din tkun sempliċiment kodifikazzjoni mingħajr tibdil sostanzjali.

2.    Il-Kumitat li kien responsabbli għall-atti li kellhom jiġu kkodifikati jistà, fuq talba tiegħu stess jew tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, jintalab jagħti l-opinjoni tiegħu dwar kemm hi mixtieqa l-kodifikazzjoni.

3.    L-emendi għat-test tal-proposta mhumiex ammissibbli.

Madankollu, fuq talba tar-rapporteur, il-president tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jistà jippreżenta, għall-approvazzjoni ta' dan ta' l-aħħar, emendi relatati ma' l-adattamenti tekniċi, kemm-il darba dawk l-adattamenti jkunu meħtieġa sabiex ikun żgurat li l-proposta hija konformi mar-regoli dwar il-kodifikazzjoni u ma jinvolvux tibdil sostanzjali tal-proposta.

4.    Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali jikkonkludi li l-proposta ma tinvolvix tibdil sostanzjali għall-leġiżlazzjoni tal-Komunità, huwa għandu jirreferiha lill-Parlament għall-approvazzjoni tiegħu.

Jekk il-kumitat huwa tal-fehma li l-proposta tinkludi tibdil sostanzjali, huwa għandu jipproponi lill-Parlament iċ-ċaħda tal-proposta.

Fiż-żewġ każi, il-Parlament għandu jiddeċiedi permezz ta' vot wieħed, mingħajr emendi jew dibattitu.

(1)Ftehima interistituzzjonali ta' l-20 ta' Diċembru 1994, Metodu ta' ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġislattivi, punt 4 (ĠU C 102, 4.4.1996, p.2).
Avviż legali - Politika tal-privatezza