Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Lulju 2009
PDF 1338k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU IV  : RELAZZJONIJIET MA' KORPI OĦRA
KAPITOLU 5  : RIŻOLUZZJONIJIET U RAKKOMANDAZZJONIJIET

Artikolu 126  : Talbiet lill-Aġenziji Ewropej

1.    Meta l-Parlament ikollu d-dritt li jippreżenta talba lil xi aġenzija Ewropea, kull Membru jista' jippreżenta talba bħal din bil-miktub lill-President tal-Parlament. Dawn it-talbiet għandhom ikunu dwar materji li jaqgħu fi ħdan il-missjoni ta' aġenzija konċernata u għandhom jinkludu informazzjoni bażika li tispjega l-kwistjoni u l-interess tal-Komunità.

2.    Wara li jkun ikkonsultat il-kumitat responsabbli, il-President għandu jew jgħaddi t-talba lill-aġenzija inkella jieħu l-azzjoni xierqa. Il-Membru li jkun qed jippreżenta t-talba għandu jkun infurmat b'dan minnufih. Kull talba li tintbagħat mill-President lill-Aġenzija għandha tinkludi limitu ta' żmien li fih tingħata tweġiba.

3.    Jekk l-Aġenzija tqis li ma tistax tirrispondi għat-talba kif ifformulata, jew jekk tfittex li t-talba tiġi modifikata, hija għandha tinforma b'dan lill-President li, minn naħa tiegħu, għandu jieħu l-azzjoni xierqa, jekk ikun meħtieġ wara li jikkonsulta lill-kumitat responsabbli.

Avviż legali - Politika tal-privatezza