Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Lulju 2009
PDF 1338k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU VI  : SESSJONIJIET
KAPITOLU 5  : KWORUM U VOTAZZJONI

Artikolu 158  : Proċedura ta' votazzjoni

1.    Din il-proċedura ta' votazzjoni li ġejja tapplika fil-każ ta' rapporti:

(a)    l-ewwel, votazzjonijiet fuq emendi tat-test li jkollhom x'jaqsmu mar-rapport tal-kumitat responsabbli;

(b)    it-tieni, votazzjoni fuq it-test sħiħ, emendat jew mhux,

(c)    votazzjoni fuq emendi għal mozzjoni għal riżoluzzjoni jew għal abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva,

(d)    fl-aħħar, votazzjoni fuq il-mozzjoni għal riżoluzzjoni sħiħa jew għal abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva (votazzjoni aħħarija).

Il-Parlament m'għandux jivvota fuq in-noti spjegattivi li jkun fih ir-rapport.

2.    Il-proċedura li ġejja tapplika għat-tieni qari:

(a)    meta ma tkun tqiegħdet fuq il-Mejda l-ebda proposta sabiex tiġi miċħuda jew emendata l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill, il-pożizzjoni komuni għandha titqies li ġiet approvata skond l-Artikolu 72;

(b)    il-vot dwar proposta sabiex tiġi miċħuda il-pożizzjoni komuni għandu jittieħed qabel il-vot fuq xi emendi (ara l-Artikolu 65(1));

(c)    meta jiġu mqiegħda fuq il-Mejda diversi emendi għal pożizzjoni komuni, dawn l-emendi għandu jittieħed vot fuqhom fl-ordni stipulat fl-Artikolu 161;

(d)    meta l-Parlament ikun ħa vot sabiex jemenda il-posizzjoni komuni, vot ieħor fuq it-test sħiħ jista' jittieħed biss skond l-Artikolu 65(2).

3.    Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 69 għandha tapplika għat-tielet qari.

4.    F'votazzjonijiet fuq testi leġiżlattivi u fuq mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet mhux leġiżlattivi, għandhom isiru l-ewwel il-votazzjonijiet fuq il-mertu u warajhom isiru votazzjonijiet fuq iċ-ċitazzjonijiet u l-premessi. Emendi li jikkontradixxu vot li diġà ttieħed għandhom jaqgħu.

5.    L-uniku Membru li jista' jitkellem waqt il-votazzjoni huwa r-rapporteur li għandu jkollu l-opportunità li jesprimi fil-qosor il-fehmiet tal-kumitat tiegħu dwar l-emendi li ttieħed vot fuqhom.

Avviż legali - Politika tal-privatezza