1.
Fil-każ ta' voti ndaqs skond l-Artikolu 158(1)(b) jew (d), it-test sħiħ għandu jerġa' jintbagħat quddiem il-kumitat. Dan japplika wkoll għal votazzjonijiet skond l-Artikoli 3 u 7 u għal votazzjonijiet aħħarin skond l-Artikoli 186 u 198, bil-ftehim li għal dawn l-aħħar żewġ Artikoli, il-kwistjoni tintbagħat lura quddiem il-Konferenza tal-Presidenti.
2.
Fil-każ ta' voti ndaqs fuq l-aġenda bħala oġġett sħiħ (Artikolu 140) jew fuq il-minuti bħala oġġett sħiħ (Artikolu 179), jew fuq test li jitpoġġa għal votazzjonijiet maqsuma skond l-Artikolu 163, it-test għandu jitqies li ġie adottat.
3.
Fil-każi l-oħra kollha, fejn ikun hemm voti ndaqs, bla ħsara għal dawk l-Artikoli li jeħtieġu maġġoranza kwalifikata, it-test jew il-proposta għandhom jitqiesu li ġew miċħuda.