Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Lulju 2009
PDF 1338k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU VII  : KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU 1  : KUMITATI - TWAQQIF U SETGĦAT

Artikolu 192  : Koordinaturi tal-kumitati u shadow rapporteurs

1.    Il-gruppi politiċi jistgħu jinnominaw wieħed mill-membri tagħhom bħala koordinatur.

2.    Fejn ikun jeħtieġ, il-koordinaturi tal-kumitati għandhom jiġu msejħa mill-president tal-kumitat biex iħejju deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-kumitat, b'mod partikolari deċiżjonijiet dwar il-proċedura u l-ħatra ta' rapporteurs. Il-kumitat jista' jiddelega lill-koordinaturi s-setgħa biex jittieħdu ċerti deċiżjonijiet, ħlief għal deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni ta' rapporti, opinjonijiet jew emendi. Il-viċi presidenti tal-kumitati jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem bħala konsulenti fil-laqgħat tal-koordinaturi tal-kumitati. Il-koordinaturi għandhom jagħmlu ħilithom biex jilħqu kunsens. Meta ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, huma jistgħu jaġixxu biss b’maġġoranza li tirrappreżenta b’mod ċar maġġoranza kbira tal-kumitat, filwaqt li titqies is-saħħa rispettiva tal-gruppi differenti.

3.    Għal kull rapport, il-gruppi politiċi jistgħu jinnominaw shadow rapporteur biex isegwi l-progress tar-rapport rilevanti u jfittex kompromessi fil-kumitat f'isem il-grupp. Ismijiethom għandhom jiġu mgħarrfa lill-president tal-kumitat. Fuq proposta tal-koordinaturi, il-kumitat jista', b'mod partikolari, jiddeċiedi li jinvolvi lix-shadow rapporteurs sabiex jintlaħaq ftehim mal-Kunsill fil-proċeduri ta' kodeċiżjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza