Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Novembru 2010
PDF 1438k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU I  : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 2  : UFFIĊJALI TAL-PARLAMENT

Artikolu 14  : Elezzjoni ta' President - indirizz tal-ftuħ

1.    Il-President għandu jkun elett l-ewwel. In-nominazzjonijiet għandhom jingħataw qabel kull votazzjoni lill-Membru li jkun qiegħed jippresiedi proviżorjament skont l-Artikolu 12, li għandu jħabbarhom lill-Parlament. Jekk wara tliet votazzjonijiet ebda kandidat ma jġib maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa, ir-raba' votazzjoni għandha tkun biss bejn dawk iż-żewġ kandidati li jkunu ġabu l-akbar numru ta' voti fit-tielet votazzjoni. F' każ ta' voti ndaqs, l-aktar kandidat anzjan għandu jiġi dikjarat elett.

2.    Malli jiġi elett il-President, il-Membru li jkun qiegħed jippresiedi proviżorjament skont l-Artikolu 12 m'għandux jibqa jippresiedi. Huwa biss il-President elett li jista' jagħmel l-indirizz tal-ftuħ.

Avviż legali - Politika tal-privatezza