Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Novembru 2010
PDF 1438k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU I  : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 2  : UFFIĊJALI TAL-PARLAMENT

Artikolu 15  : Elezzjoni ta' Viċi Presidenti

1.    Il-Viċi Presidenti għandhom imbagħad jiġu eletti fuq karta tal-vot waħda. Għandhom ikunu dikjarati eletti fl-ewwel votazzjoni dawk illi jġibu maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa, sakemm jimtlew erbatax-il post u fl-ordni skont in-numru ta' voti li jkunu kisbu. Jekk in-numru ta' kandidati eletti jkun inqas min-numru ta' karigi li jridu jimtlew, għandha ssir it-tieni votazzjoni skond l-istess kundizzjonijiet sabiex jimtlew il-karigi li jkun fadal. Jekk tkun meħtieġa it-tielet votazzjoni, maġġoranza relattiva għandha tkun biżżejjed għall-elezzjoni fil-karigi li jkun fadal. Fil-każ ta' riżultat ndaqs, l-aktar kandidati anzjani għandhom ikunu dikjarati eletti.

Għalkemm dan l-Artikolu, kuntrarju għall-Artikolu 14(1), ma jipprovdix espressament għat-tfigħ ta' nominazzjonijiet ġodda bejn votazzjoni u oħra matul l-elezzjoni għal Viċi Presidenti, azzjoni ta' dan it-tip hija permissibbli għaliex il-Parlament, li huwa korp sovran, għandu jkun jista' jikkunsidra l-kandidati kollha possibbli, speċjalment billi n-nuqqas ta' din il-possibilita` jista' jfixkel l-iżvolġiment kalm ta' l-elezzjoni.

2.    Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 18(1), il-Viċi Presidenti għandu jkollhom preċedenza skond l-ordni li fih ikunu ġew eletti u, fil-każ ta' voti ndaqs, skond l-eta`.

Meta ma jkunux ġew eletti b'vot sigriet, l-ordni li fih jinqara isimhom lill-Kamra mill-President għandu jiddetermina l-ordni ta' preċedenza.

Avviż legali - Politika tal-privatezza