KAPITOLU
6
: MOZZJONIJIET TA' INTERRUZZJONI U TA' PROĊEDURA
Artikolu
173
: Punti ta' ordni
1.
Membru jista' jitħalla jitkellem sabiex jiġbed l-attenzjoni tal-President dwar kull nuqqas ta' rispett tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament. Il-Membru għandu l-ewwel jispeċifika għal liema Artikolu jkun qed jirreferi.
2.
Talba sabiex jitqajjem punt ta' ordni għandha tieħu preċedenza fuq kull talba oħra sabiex tingħata l-kelma.
3.
Il-ħin tad-diskorsi m'għandux jisboq il-minuta.
4.
Il-President għandu jieħu deċiżjoni minnufih dwar punti ta' ordni skond ir-Regoli ta' Proċedura u għandu jħabbar id-deċiżjoni tiegħu minnufih wara li jitqajjem il-punt ta' ordni. M'għandu jittieħed l-ebda vot fuq id-deċiżjoni tal-President.
5.
F'każi eċċezzjonali, huwa jista' jgħid li se jħabbar id-deċiżjoni tiegħu aktar tard, iżda mhux iżjed tard minn erbgħa u għoxrin siegħa wara li jkun tqajjem il-punt ta' ordni. Il-posponiment ta' deċiżjoni ma jġibx miegħu l-aġġornament tad-dibattitu. Il-President jista' jirreferi l-kwistjoni lill-kumitat responsabbli.
It-talba biex isir punt ta' ordni għandha tkun relatata mal-punt ta' l-aġenda li jkun qiegħed jiġi diskuss f'dak il-mument. Il-President jista' jieħu punt ta' ordni dwar kwistjoni differenti f'mument xieraq, eż. wara li l-punt ta' l-aġenda in kwistjoni ikun magħluq jew qabel ma s-seduta tiġi aġġornata.