Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Frar 2013
PDF 1796k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU I  : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 3  : KORPI U DMIRIJIET

Artikolu 24  : Kompożizzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti

1.    Il-Konferenza tal-Presidenti tkun magħmula mill-President tal-Parlament u mill-presidenti tal-gruppi politiċi. Il-president ta' grupp politiku jista' jagħmel arranġamenti sabiex ikun rappreżentat minn xi membru tal-grupp tiegħu.

2.    Il-President tal-Parlament għandu jistieden lil wieħed mill-Membri mhux affiljati sabiex jattendi għal-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr ma jkollu d-dritt għall-vot.

3.    Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tagħmel ħilitha sabiex jintlaħaq konsensus fuq kwistjonijiet riferiti lilha.

Meta ma jistax jintlaħaq kunsens, il-kwistjoni għandu jittieħed vot fuqha li jvarja skond piż ibbażat fuq in-numru ta' Membri f'kull grupp politiku.

Avviż legali - Politika tal-privatezza