Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Frar 2013
PDF 1796k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU II  : PROĊEDURI LEĠISLATTIVI, TAL-BAĠIT U OĦRAJN
KAPITOLU 7  : PROĊEDURI TAL-BAĠIT

Artikolu 75c  : Trialogu Finanzjarju

Il-President għandu jieħu sehem f'laqgħat regolari bejn il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jissejħu, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, taħt il-proċeduri tal-baġit imsemmija fit-Titolu II tas-Sitt Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippromwovi konsultazzjoni u rikonċiljazzjoni tal-posizzjonijiet tal-istituzzjonijiet sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proċeduri fuq msemmija.

Il-President tal-Parlament jista’ jiddelega dan id-dover lil xi Viċi President li jkollu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji.

Avviż legali - Politika tal-privatezza