Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Frar 2013
PDF 1796k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU II  : PROĊEDURI LEĠISLATTIVI, TAL-BAĠIT U OĦRAJN
KAPITOLU 7  : PROĊEDURI TAL-BAĠIT

Artikolu 77  : Proċeduri oħra ta' kwittanza

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta' għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta' għoti ta' kwittanza:

-    lill-President tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew;

-    lill-persuni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġits ta' istituzzjoniijiet u organi oħra ta' l-Unjoni Ewropea bħal ma huma l-Kunsill (f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-attivitajiet tiegħu bħala eżekuttiv), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti ta' l-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni;

-    lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp;

-    lill-organi responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-baġit ta' entitajiet li huma legalment indipendenti u li jwettqu dmirijiet tal-Unjoni, sa fejn l-attivitajiet tagħhom ikunu suġġetti għal dispożizzjonijiet legali li jeħtieġu kwittanza mill-Parlament Ewropew.

Avviż legali - Politika tal-privatezza