Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Frar 2013
PDF 1796k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU II  : PROĊEDURI LEĠISLATTIVI, TAL-BAĠIT U OĦRAJN
KAPITOLU 8  : PROĊEDURI INTERNI TAL-BAĠIT

Artikolu 80  : Setgħa biex jagħmel u jħallas spejjeż

1.    Wara li jiġi kkonsultat il-kumitat kompetenti, il-President għandu jagħmel u jħallas, jew iġiegħel li jsiru u jitħallsu, l-ispejjeż koperti mir-regoli finanzjarji interni maħruġa mill-Bureau.

2.    Il-President għandu jgħaddi l-abbozz tal-kontijiet annwali lill-kumitat responsabbli.

3.    Fuq il-bażi ta' rapport mill-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu japprova l-kontijiet tiegħu u jiddeċiedi dwar l-għoti ta' kwittanza.

Avviż legali - Politika tal-privatezza