Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Frar 2013
PDF 1796k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU VI  : SESSJONIJIET
KAPITOLU 3  : REGOLI ĠENERALI DWAR IT-TMEXXIJA TAS-SEDUTI

Artikolu 151  : Stqarrijiet personali

1.    Membru li jitlob li jagħmel stqarrija personali għandu jinstema' fit-tmiem tad-diskussjoni fuq il-punt ta' l-aġenda li jkun qed jiġi eżaminat jew meta l-minuti tas-seduta li għaliha tirreferi t-talba għal permess biex jitkellem jiġu kkunsidrati għall-approvazzjoni.

Il-Membru kkonċernat ma jistax jitkellem dwar affarijiet sostanzjali imma għandu jillimita l-osservazzjonijiet tiegħu sabiex jirribatti kummenti li jkunu saru dwar il-persuna tiegħu matul id-dibattitu jew opinjonijiet li jkunu ġew attribwiti lilu, jew sabiex jikkoreġi osservazzjonijiet li hu stess ikun għamel.

2.    Ħlief jekk il-Parlament jiddeċiedi mod ieħor, ebda stqarrija personali m'għandha ddum iktar minn tliet minuti.

Avviż legali - Politika tal-privatezza