Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Frar 2013
PDF 1796k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU VI  : SESSJONIJIET
KAPITOLU 5  : KWORUM U VOTAZZJONI

Artikolu 155  : Kworum

1.    Il-Parlament jista' jiddelibera, jgħaddi l-aġenda u japprova l-minuti, ikun xi jkun in-numru ta' Membri preżenti.

2.    Għandu jitqies li ntlaħaq kworum meta terz tal-Membri kollha tal-Parlament ikunu preżenti fil-Kamra.

3.    Il-votazzjonijiet kollha għandhom ikunu validi ikun xi jkun in-numru ta' votanti ħlief jekk il-President, fuq talba li ssir qabel tibda l-votazzjoni minn mhux inqas minn erbgħin Membru, jara fil-ħin tal-votazzjoni li ma hemmx kworum. Jekk il-votazzjoni turi li ma hemmx kworum, il-votazzjoni għandha titqiegħed fl-aġenda tas-seduta li jkun imiss.

Talba sabiex ikun ivverifikat il-kworum għandha ssir minn mhux inqas minn erbgħin Membru. Talba f'isem grupp politiku mhix ammissibbli.

Meta jkun qed jiġi stabbilit ir-riżultat tal-votazzjoni, għandhom jitqiesu, skond il-paragrafu 2, il-Membri kollha preżenti fil-Kamra u, skond il-paragrafu 4, tal-Membri kollha li talbu sabiex ikun ivverifikat il-kworum. Is-sistema ta' votazzjoni elettronika ma tistax tintuża għal dan il-għan. Il-bibien tal-Kamra ma jistgħux jingħalqu.

Jekk in-numru ta' Membri meħtieġ sabiex jintlaħaq il-kworum ma jkunx preżenti, il-President m'għandux iħabbar ir-riżultat tal-votazzjoni imma għandu jiddikjara li ma hemmx kworum.

L-aħħar sentenza tal-paragrafu 3 ma tapplikax għal votazzjonijiet dwar mozzjonijiet proċedurali imma biss għal votazzjonijiet fuq il-mertu.

4.    Membri li jkunu talbu għall-verifika tal-kworum għandhom jitqiesu li huma preżenti skond it-tifsira tal-paragrafu 2, anke jekk ma jkunux għadhom fil-Kamra.

Membri li jkunu talbu għall-verifika tal-kworum għandhom ikunu preżenti fil-Kamra meta ssir it-talba.

5.    Jekk ikun hemm inqas minn erbgħin Membru preżenti, il-President jista' jagħti deċiżjoni li ma hemmx kworum.

Avviż legali - Politika tal-privatezza