Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Frar 2013
PDF 1796k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU VI  : SESSJONIJIET
KAPITOLU 5  : KWORUM U VOTAZZJONI

Artikolu 168  : Votazzjonijiet elettroniċi

1.    Il-President jista', fi kwalunkwe ħin, jiddeċiedi li l-votazzjonijiet indikati fl-Artikoli 165, 167 u 169 għandhom isiru permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika.

Meta s-sistema ta' votazzjoni elettronika ma tkunx tista' tintuża għal raġunijiet tekniċi, il-votazzjonji għandha ssir skond l-Artikoli 165, 167(2) jew 169.

L-arranġamenti tekniċi għall-użu tas-sistema ta' votazzjoni elettronika għandhom jkunu rregolati b' istruzzjonijiet mill-Bureau.

2.    Meta jittieħed vot elettroniku, ir-riżultat numeriku tal-vot biss jiġi rreġistrat.

Madankollu, jekk tkun intalbet votazzjoni b'sejħa ta' l-ismijiet skond l-Artikolu 167(1), il-voti għandhom jitniżżlu fil-minuti tas-seduta skond il-grupp politiku fl-ordni alfabetiku ta' l-ismijiet tal-Membri.

3.    Il-votazzjoni b'sejħa ta' l-ismijiet għandha tittieħed skond l-Artikolu 167(2) jekk il-maġġoranza tal-Membri preżenti jitolbu dan. Is-sistema indikata fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tista' tintuża sabiex tistabbilixxi jekk ikunx hemm maġġoranza.

Avviż legali - Politika tal-privatezza