Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Frar 2013
PDF 1796k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU VI  : SESSJONIJIET
KAPITOLU 5  : KWORUM U VOTAZZJONI

Artikolu 169  : Votazzjonijiet permezz ta' vot sigriet

1.    Fil-każ ta' ħatriet il-votazzjonijiet għandhom isiru b'vot sigriet, bla ħsara għall-Artikolu 13(1), l-Artikolu 186(1) u t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 191(2).

Fil-kalkolu tan-numru ta' voti mitfugħa għandhom jitqiesu biss karti tal-vot li jkun fihom l-ismijiet ta' Membri li ġew nominati.

2.    Votazzjoni tista' wkoll ssir b'vot sigriet jekk jintalab dan minn mhux inqas minn parti waħda minn ħamsa tal-Membri kollha tal-Parlament. Dawn it-talbiet għandhom isiru qabel tibda l-votazzjoni.

Meta ssir talba għal votazzjoni sigrieta qabel il-bidu tal-votazzjoni minn mhux inqas minn wieħed minn kull ħamsa tal-Membri tal-Parlament, il-Parlament għandu jagħmel din il-votazzjoni.

3.    Talba għal vot sigriet għandha tieħu prijorità fuq talba għal vot b'sejħa ta' l-ismijiet.

4.    Minn tnejn sa tmien Membri mtellgħa bil-polza għandhom jgħoddu l-voti mitfugħa f'vot sigriet, ħlief jekk issir votazzjoni elettronika.

Fil-każ ta' votazzjonijiet skond il-Paragrafu 1, m'għandux ikun hemm kandidati fost dawk li jgħoddu l-voti.

L-ismijiet ta' Membri li jieħdu sehem f'vot sigriet għandhom jitniżżlu fil-minuti tas-seduta li fiha jkun ittieħed il-vot.

Avviż legali - Politika tal-privatezza