Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Frar 2013
PDF 1796k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU VI  : SESSJONIJIET
KAPITOLU 5  : KWORUM U VOTAZZJONI

Artikolu 170  : Spjegazzjonijiet tal-vot

1.    Malli jintemm id-dibattitu ġenerali, kull Membru jista' jagħti spjegazzjoni bil-fomm ta' mhux iżjed minn minuta jew jagħmel spjegazzjoni bil-miktub ta' mhux iżjed minn 200 kelma dwar il-votazzjoni aħħarija. L-ispegazzjoni għandha tiġi inkluża fir-rapport verbatim tal-proċeduri.

Kull grupp politiku jista' jagħti spjegazzjoni tal-vot li ma ddumx aktar minn żewġ minuti.

Ma jintlaqgħux iżjed talbiet għal spjegazzjoni tal-vot malli tibda l-ewwel spjegazzjoni tal-vot.

Spjegazzjonijiet tal-vot huma ammissibbli fil-każ ta' votazzjoni aħħarija fuq kwalunkwe suġġett imressaq quddiem il-Parlament. Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu l-espressjoni "votazzjoni aħħarija" ma tirreferix għat-tip ta' votazzjoni, imma tfisser l-aħħar votazzjoni fuq kwalunkwe suġġett.

2.    Spjegazzjonijiet tal-vot m'humiex ammissibbli fil-każ ta' votazzjonijiet dwar affarijiet proċedurali.

3.    Meta xi proposta għal att leġislattiv jew xi rapport jiddaħħlu fl-aġenda tal-Parlament skond l-Artikolu 138, il-Membri jistgħu jressqu spjegazzjonijiet tal-vot bil-miktub skont il-paragrafu 1.

Spjegazzjonijiet tal-vot, sew bil-fomm u sew bil-miktub, għandu jkollhom relevanza diretta għat-test li fuqu tkun qed tittieħed il-votazzjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza