1.
Il-President għandu jiddikjara l-votazzjonijiet miftuħin u magħluqin.
2.
Malli l-President jiddikjara votazzjoni miftuħa, ħadd ħlief il-President ma jitħalla jitkellem sakemm il-votazzjoni ma tkunx dikjarata magħluqa.
3.
Punti ta' ordni li jikkonċernaw il-validità ta' xi votazzjoni jistgħu jitqajmu wara li l-President ikun iddikkjara l-votazzjoni magħluqa.
4.
Wara li jitħabbar ir-riżultat ta' votazzjoni b'turija ta' l-idejn, kwalunkwe Membru jista' jitlob li dan ir-riżultat ikun ivverifikat billi tintuża s-sistema ta' votazzjoni elettronika.
5.
Il-President għandu jiddeċiedi jekk ir-riżultat imħabbar ikunx validu. Id-deċiżjoni tiegħu għandha tkun aħħarija.