KAPITOLU
6
: MOZZJONIJIET TA' INTERRUZZJONI U TA' PROĊEDURA
Artikolu
172
: Mozzjonijiet ta' proċedura
1.
Talbiet sabiex jitressqu mozzjonijiet ta' proċedura, jiġifieri:
(a)
l-inammissibilità ta' xi kwistjoni (Artikolu 174);
(b)
referenza lura lill-kumitat (Artikolu 175);
(c)
l-għeluq ta' xi dibattitu (Artikolu 176);
(d)
l-aġġornament ta' xi dibattitu u votazzjoni (Artikolu 177);
(e)
is-sospensjoni jew l-għeluq tas-seduta (Artikolu 178);
għandhom jieħdu preċedenza fuq talbiet sabiex tingħata l-kelma.
Fuq dawn il-mozzjonijiet għandhom jinstemgħu biss dawk li jkunu ressquhom u dawn li ġejjin: kelliem wieħed favur u wieħed kontra u l-president jew ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli.
2.
Il-ħin tad-diskorsi m'għandux ikun itwal minn minuta.