Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Lulju 2014
PDF 2182k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU V  : RELAZZJONIJIET MA' KORPI OĦRA
KAPITOLU 1  : ĦATRIET

Artikolu 119  : Mozzjoni ta' ċensura kontra l-Kummissjoni

1.    Mozzjoni ta' ċensura kontra l-Kummissjoni tista' tiġi ppreżentata lill-President minn parti waħda minn għaxra tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament.

2.    Il-mozzjoni għandha tissejjah 'mozzjoni ta' ċensura' u għandha tigi sostnuta b'raġunijiet. Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni.

3.    Il-President għandu jħabbar lill-Membri li tqiegħdet fuq il-Mejda mozzjoni ta' ċensura minnufih malli jirċeviha.

4.    Id-dibattitu dwar iċ-ċensura m'għandux jsir biss wara li jgħaddu mill-inqas erbgħa u għoxrin siegħa minn meta tkun tħabbret lill-Membri l-wasla tal-mozzjoni ta' ċensura.

5.    Il-votazzjoni dwar il-mozzjoni għandha ssir permezz ta' sejħa ta' l-ismijiet u għandha issir wara li jgħaddu mhux inqas minn tmienja u erbgħin siegħa mill-bidu tad-dibattitu.

6.    Id-dibattitu u l-votazzjoni għandhom isiru, l-aktar tard, waqt is-seduta parzjali ta' wara li tkun giet ippreżentata l-mozzjoni.

7.    Il-mozzjoni ta' ċensura tgħaddi jekk ikollha maġġoranza ta' żewġ terzi tal-voti mitfugħa, maġġoranza li tirraprezenta l-maġġoranza tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament. Ir-riżultat għandu jiġi notifikat lill-President tal-Kunsill u lill-President tal-Kummissjoni.

Avviż legali - Politika tal-privatezza