Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Lulju 2014
PDF 2182k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU X  : OMBUDSMAN

Artikolu 221  : Tneħħija ta' l-Ombudsman

1.    Parti waħda minn għaxra tal-Membri kollha tal-Parlament tista' tagħmel talba għat-tneħħija ta' l-Ombudsman jekk ma jkunx jibqa' jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġ biex jaqdi dmirijietu jew jekk ikun ħati ta' mġieba ħażina serja.

2.    It-talba għandha tintbagħat lill-Ombudsman u lill-kumitat responsabbli li, jekk jiddeċiedi b'maġġoranza tal-membri tiegħu li r-raġunijiet huma fondati, għandu jippreżenta rapport lill-Parlament. Jekk jitlob li jintema', l-Ombudsman għandu jinstema' qabel ma jittieħed vot fuq ir-rapport. Il-Parlament għandu, wara li jsir dibattitu, jieħu deċiżjoni permezz ta' vot sigriet.

3.    Qabel ma jiftaħ il-votazzjoni, il-President għandu jiżgura li nofs il-membri kollha tal-Parlament ikunu preżenti.

4.    Jekk il-vot ikun favur it-tneħħija ta' l-Ombudsman u dan ma jirriżenjax wara l-vot, il-President għandu, sa mhux aktar tard mis-sessjoni parzjali li taħbat wara dik s-sessjoni li fiha jkun ittieħed il-vot, jagħmel talba lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex l-Ombudsman jitneħħa flimkien ma' talba sabiex tingħata deċiżjoni mingħajr dewmien.

Ir-riżenja ta' l-Ombudsman ġġib fi tmiemha il-proċedura.

Avviż legali - Politika tal-privatezza