1.
Il-Parlament għandu jkun megħjun minn Segretarju Ġenerali maħtur mill-Bureau.
Is-Segretarju Ġenerali għandu jagħmel dikjarazzjoni solenni quddiem il-Bureau li jaqdi d-dmirijiet tiegħu b'mod kuxjenzjuż u b'imparzjalità assoluta.
2.
Is-Segretarju Ġenerali għandu jmexxi Segretarjat li l-kompożizzjoni u l-organizzazzjoni tiegħu għandhom ikunu stabbiliti mill-Bureau.
3.
Il-Bureau għandu jistabbilixxi l-organingramma tas-Segretarjat u r-regolamenti li jirrigwardaw is-sitwazzjoni amministrattiva u finanzjarja ta' uffiċjali u impjegati oħra.
Il-Bureau għandu wkoll jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra li għalihom japplikaw, b'mod sħiħ jew f'parti minnhom, l-Artikoli 11 sa 13 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.
Il-President tal-Parlament għandu jinforma b'dan lill-istituzzjonijiet relevanti ta' l-Unjoni Ewropea.