TITOLU
I
: MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU
1
: MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Artikolu
12
: Investigazzjonijiet interni mmexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) Ir-regoli
Ir-regoli komuni mniżżla fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)
(1) li jinkludu l-miżuri meħtieġa biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjonijiet magħmula mill-Uffiċċju għandhom ikunu applikabbli fil-Parlament, skont id-Deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta' Novembru 1999
(2).
Deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta' Novembru 1999 rigward it-termini u l-kundizzjonijiet għall-investigazzjonijiet interni b'rabta mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kwlaunkwe attività illegali ta' detriment għall-interessi tal-Komunità.