TITOLU
I
: MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU
2
: UFFIĊJALI TAL-PARLAMENT
Artikolu
20
: Karigi vakanti
1.
Jekk isir meħtieġ li l-President, Viċi President jew Kwestur jinbidlu, is-suċċessuri għandu jiġi elett skont ir-regoli dwar l-elezzjonijiet għal kariga kkonċernata.
Viċi President elett ġdid għandu jieħu l-kariga tal-predeċessur tiegħu fl-ordni ta' preċedenza.
2.
Jekk il-kariga ta' President issir vakanti, Viċi President, li jkun ġie determinat skont l-ordni ta' preċedenza, għandu jieħu r-rwol ta' President sakemm jiġi elett il-President il-ġdid.