Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Jannar 2017
EPUB 167kPDF 1004k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU I  : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU  3  : KORPI U DMIRIJIET

Artikolu  23  : Dmirijiet tal-Viċi Presidenti

1.    Jekk il-President ikun assenti jew ma jkunx f'pożizzjoni li jaqdi dmirijietu, jew jekk ikun jixtieq li jieħu sehem f'diskussjoni skont l-Artikolu 22(3), wieħed mill-Viċi Presidenti kif determinat mill-ordni ta' preċedenza għandu jeħodlu postu.

2.    Il-Viċi Presidenti għandhom ukoll jaqdu d-dmirijiet mogħtija lilhom skont l-Artikoli 25, 27(3) u (5) u 71(3).

3.    Il-President jista' jiddelega lill-Viċi Presidenti kwalunkwe dmir bħal ma hu d-dmir li jirrappreżenta lill-Parlament f'ċerimonji speċifiċi u atti. B'mod partikulari, il-President jista' jappunta lil wieħed mill-Viċi Presidenti sabiex jaqdi d-dmirijet tal-President stipulati fl-Artikoli 129 u 130(2).

Avviż legali - Politika tal-privatezza