Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Jannar 2017
EPUB 167kPDF 1004k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU I  : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU  4  : GRUPPI POLITIĊI

Artikolu  34  : Intergruppi

1.    Membri individwali jistgħu jiffurmaw Intergruppi, jew gruppi mhux uffiċjali oħrajn ta' Membri, bl-iskop li jiġu organizzati skambji informali ta' fehmiet dwar kwistjonijiet speċifiċi, madwar il-gruppi politiċi differenti, bil-parteċipazzjoni ta' membri ta' kumitati parlamentari differenti, u bl-iskop li jiġi promoss il-kuntatt bejn il-Membri u s-soċjetà ċivili.

2.    Dawn il-gruppi għandhom ikunu trasparenti għalkollox fl-azzjonijiet tagħhom u m’għandhomx jinvolvu ruħhom f'attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli adottati mill-Bureau li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi, jiġu rispettati, il-gruppi politiċi jistgħu jiffaċilitaw l-attivitajiet tagħhom billi jipprovdulhom appoġġ loġistiku.

3.    L-intergruppi għandhom jiġu rikjesti jagħmlu dikjarazzjoni annwali dwar kwalunkwe appoġġ, sew fi flus kontanti u sew in natura (eż. assistenza fix-xogħol tas-segretarjat) li, kieku ġie offrut lill-Membri bħala individwi, kien ikollu jiġi ddikjarat taħt l-Anness I.

4.    Il-Kwesturi għandhom iżommu reġistru tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fit-tielet paragrafu. Dan ir-reġistru għandu jkun ippubblikat fis-sit web tal-Parlament. Il-Kwesturi għandhom jadottaw regoli dettaljati dwar dawn id-dikjarazzjonijiet u għandhom jiżguraw l-infurzar effettiv ta' dan l-Artikolu.

Avviż legali - Politika tal-privatezza