Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Jannar 2017
EPUB 167kPDF 1004k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU II  : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU  3  : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 2 - IT-TIENI QARI

Artikolu  66  : Proċedura fil-kumitat responsabbli

1.    Il-pożizzjoni tal-Kunsill għandha tiddaħħal bħala punt ta' prijorità fl-aġenda tal-ewwel laqgħa tal-kumitat responsabbli li ssir wara l-komunikazzjoni tal-pożizzjoni. Il-Kunsill jista' jiġi mistieden jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu.

2.    Ħlief jekk il-kumitat responsabbli jideċiedi mod ieħor, ir-rapporteur fit-tieni qari għandu jkun l-istess bħar-rapporteur fl-ewwel qari.

3.    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 69(2) u (3) rigward l-ammissibbiltà tal-emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill għandhom japplikaw għall-proċeduri fil-kumitat responsabbli; membri u sostituti permanenti ta' dak il-kumitat biss jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda proposti għal ċaħda jew għal emendi. Il-kumitat għandu jiddeċiedi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.

4.    Il-kumitat responsabbli għandu jippreżenta rakkomandazzjoni għat-tieni qari li tipproponi li tapprova, temenda jew tiċħad il-pożizzjoni adottata mill-Kunsill. Ir-rakkomandazzjoni għandha tinkludi ġustifikazzjoni qasira għad-deċiżjoni proposta.

5.    L-Artikoli 49, 50, 53 u 188 m'għandhomx japplikaw waqt it-tieni qari.

Avviż legali - Politika tal-privatezza