Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Jannar 2017
EPUB 167kPDF 1004k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU II  : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU  3  : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 3 - NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI MATUL IL-PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA

Artikolu  69d  : Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Kunsill

Fejn il-Parlament ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, din għandha tikkostitwixxi l-mandat għal kwalunkwe negozjati ma' istituzzjonijiet oħra. Il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi, b'maġġoranza tal-membri tiegħu, li jidħol f'negozjati fi kwalunkwe ħin wara dan. Tali deċiżjonijiet għandhom jitħabbru fil-Parlament matul is-sessjoni parzjali wara l-votazzjoni fil-kumitat u referenza għalihom għandha tiġi inkluża fil-minuti.

Avviż legali - Politika tal-privatezza