Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Jannar 2017
EPUB 167kPDF 1004k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU II  : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU  3  : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 3 - NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI MATUL IL-PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA

Artikolu  69e  : Negozjati qabel it-tieni qari tal-Parlament

Meta l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tkun ġiet riferuta lill-kumitat responsabbli, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari għandha, soġġetta għall-Artikolu 69, tikkostitwixxi l-mandat għal kwalunkwe negozjati ma' istituzzjonijiet oħrajn; Il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jidħol f'negozjati fi kwalunkwe ħin sussegwenti.

Meta l-pożizzjoni tal-Kunsill tkun tinkludi elementi li ma jkunux koperti mill-abbozz tal-att leġiżlattiv jew mill-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari, il-kumitat jista' jadotta linji gwida, inkluż fil-forma ta' emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill, għat-tim tan-negozjati.

Avviż legali - Politika tal-privatezza