Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Jannar 2017
EPUB 167kPDF 1004k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU II  : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 4  : DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦALL-PROĊEDURA TA' KONSULTAZZJONI

Artikolu  78d  : Segwitu għall-pożizzjoni tal-Parlament

1.    Matul il-perjodu jiġi wara li l-Parlament ikun adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar abbozz ta' att legalment vinkolanti, il-president u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandhom isegwu l-progress ta' dak l-abbozz ta' att fil-kors tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni tagħha mill-Kunsill, b'mod partikolari sabiex jiżguraw li kwalunkwe impenn meħud mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni lejn il-Parlament fir-rigward tal-pożizzjoni tiegħu jkun osservat kif jixraq. Il-president u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandhom jirrappurtaw lura lill-kumitat regolarment.

2.    Il-kumitat responsabbli jista' jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jiddiskuti l-kwistjoni magħhom.

3.    F'kull stadju tal-proċedura ta' segwitu il-kumitat responsabbli jista', jekk iqis li jkun meħtieġ, iqiegħed fuq il-Mejda mozzjoni għal riżoluzzjoni li tirrakkomanda li l-Parlament:

-    jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-proposta tagħha,

-    jitlob lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill biex jirreferu l-kwistjoni mill-ġdid lill-Parlament skont l-Artikolu 78e, jew jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta ġdida, jew

-    jiddeċiedi li jieħu kull azzjoni oħra li jqis li tkun xierqa.

Tali mozzjoni għandha titqiegħed fl-abbozz tal-aġenda tas-sessjoni parzjali li sseħħ wara l-adozzjoni tal-mozzjoni mill-kumitat.

Avviż legali - Politika tal-privatezza