KAPITOLU
6
: PUNTI TA' ORDNI U MOZZJONIJIET TA' PROĊEDURA
Artikolu
185
: Mozzjonijiet ta' proċedura
1.
Talbiet sabiex jitressqu mozzjonijiet ta' proċedura, jiġifieri:
(a)
mozzjoni ta' inammissibbiltà (Artikolu 187);
(b)
riferiment lura lill-kumitat (Artikolu 188);
(c)
l-għeluq ta' dibattitu (Artikolu 189);
(d)
l-aġġornament ta' dibattitu jew votazzjoni (Artikolu 190); jew
(e)
is-sospensjoni jew l-għeluq tas-seduta (Artikolu 191);
għandhom jieħdu preċedenza fuq talbiet sabiex tingħata l-kelma.
Barra minn dawk li ressqu l-mozzjonijiet, il-Membri li ġejjin biss għandhom jinstemgħu: kelliem wieħed kontra jew l-president jew ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli.
2.
Il-ħin tad-diskorsi m'għandux jeċċedi l-minuta.