Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Jannar 2017
EPUB 167kPDF 1004k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU VIII  : KUMITATI U DELEGAZZJONIJIET
KAPITOLU  1  : KUMITATI

Artikolu  206  : Laqgħat tal-kumitati

1.    Kumitat għandu jiltaqa' meta jissejjaħ mill-president tiegħu jew fuq talba tal-President tal-Parlament.

Meta jkun qed isejjaħ laqgħa, il-president għandu jressaq abbozz tal-aġenda. Il-kumitat għandu jieħu deċiżjoni fuq l-aġenda fil-bidu tal-laqgħa.

2.    Il-Kummissjoni, il-Kunsill u istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni jistgħu jitkellmu f'laqgħat tal-kumitati jekk ikunu mistiedna biex jagħmlu dan f'isem kumitat mill-president tiegħu.

B'deċiżjoni ta' kumitat, kwalunkwe persuna oħra tista' tkun mistiedna sabiex tattendi u titkellem f'xi laqgħa.

Il-kumitat responsabbli jista', bl-approvazzjoni tal-Bureau, jorganizza smigħ ta' esperti jekk jikkunsidra dan is-smigħ bħala essenzjali għat-tweetiq effettif tax-xogħol tiegħu fir-rigward ta' xi suġġett partikulari.

3.    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 53(8) u għajr fejn il-kumitat jiddeċiedi mod ieħor, il-Membri li jattendu l-laqgħat ta' kumitati li huma ma jkunux jagħmlu parti minnhom, ma jistgħux jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet.

Huma jistgħu, madankollu, jingħataw permess mill-kumitat biex jieħdu sehem fil-laqgħat tiegħu f'kapaċità konsultattiva.

4.    L-Artikolu 162(2) dwar l-allokazzjoni tal-ħin tad-diskors għandu japplika mutatis mutandis għall-kumitati.

5.    Meta jitfassal rapport verbatim, l-Artikolu 194(2), (3) u (5) għandu japplika mutatis mutandis.

Avviż legali - Politika tal-privatezza