Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Jannar 2017
EPUB 167kPDF 1004k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU IX  : PETIZZJONIJIET

Artikolu  218  : Inizjattiva taċ-ċittadini

1.    Meta l-Parlament ikun mgħarraf li l-Kummissjoni tkun ġiet mistiedna biex tressaq proposta għal att legali skont l-Artikolu 11(4) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 211/2011, il-kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet għandu jaċċerta ruħu jekk dan jistax jaffettwa l-ħidma tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, għandu jgħarraf lil dawk il-petizzjonanti li jkunu indirizzaw il-petizzjonijiet dwar suġġetti relatati.

2.    Il-proposti għal inizjattivi taċ-ċittadini li jkunu ġew reġistrati b'konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011, iżda li ma jistgħux jitressqu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament minħabba li l-proċeduri u l-kundizzjonijiet rilevanti kollha stipulati ma ġewx rispettati, jistgħu jiġu eżaminati mill-kumitat responsabbli għall-petizzjonijiet jekk dan iqis xieraq li jingħata segwitu. L-Artikoli 215, 216, 216a u 217 ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Avviż legali - Politika tal-privatezza