ANNESS V : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
XVIII. Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Kumitat responsabbli:
1. għall-aspetti istituzzjonali tal-proċess ta' intergrazzjoni Ewropea, b'mod partikolari il-preparazzjoni, l-inizjazzjoni u l-proċedimenti tal-proċeduri ordinarji u ssemplifikati għar-reviżjoni tat-Trattati;
2. għall-implimentazzjoni tat-Trattati u għall-valutazzjoni tal-operat tiegħu;
3. għall-konsegwenzi istituzzjonali tan-negozjati tat-tkabbir tal-Unjoni jew ta’ ħruġ mill-Unjoni;
4. għar-relazzjonijiet interistituzzjonali, inkluż l-eżami tal-ftehimiet interistituzzjonali skont l-Artikolu 140(2) tar-Regoli ta' Proċedura, minħabba li jridu jiġu approvati mill-Parlament;
5. għall-proċedura elettorali uniformi;
6. għall-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet politiċi f'livell Ewropew, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Bureau;
7. għad-determinazzjoni tal-eżistenza ta' ksur gravi u persistenti, min-naħa ta' Stat Membru, tal-prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri;
8. għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-Regoli ta' Proċedura u l-proposti għal emendi għar-Regoli.