Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 2 : UFFIĊJALI TAL-PARLAMENT

Artikolu 16 : Elezzjoni ta' President - indirizz tal-ftuħ (1)

1.   In-nomini għal President għandhom jingħataw lill-Membru li jkun qiegħed jippresiedi proviżorjament skont l-Artikolu 14, li għandu jħabbarhom lill-Parlament. Jekk wara tliet votazzjonijiet ebda kandidat ma jġib maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa, ir-raba' votazzjoni għandha, bħala deroga mill-Artikolu 15(1), tkun biss bejn dawk iż-żewġ kandidati li jkunu ġabu l-akbar numru ta' voti fit-tielet votazzjoni. F' każ ta' voti ndaqs, l-aktar kandidat anzjan għandu jiġi dikjarat elett.

2.   Malli jiġi elett il-President, il-Membru li jkun qiegħed jippresiedi proviżorjament skont l-Artikolu 14 m'għandux jibqa jippresiedi. Huwa biss il-President elett li jista' jagħmel l-indirizz tal-ftuħ.

(1) L-Artikolu 16 japplika mutatis mutandis għall-kumitati (ara l-Artikolu 204(3)).
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza