Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 1 : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 41 : Verifika ta' kompatibbiltà finanzjarja

1.   Fejn proposta għal att legalment vinkolanti jkollha implikazzjonijet finanzjarji, il-Parlament għandu jistabbilixxi jekk ikunux ipprovduti riżorsi finanzjarji biżżejjed.

2.   Il-kumitat responsabbli għas-suġġett għandu jivverifika li kull proposta għal att legalment vinkolanti tkun kompatibbli mil-lat finanzjarju mar-regolament tal-qafas finanzjarju pluriennali.

3.   Meta l-kumitat responsabbli għas-suġġett jemenda l-allokazzjoni finanzjarja tal-att li qed jeżamina, għandu jitlob il-fehma tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet tal-baġit.

4.   Barra minn dan, il-l-kumitat responsabbli għall-affarijiet tal-baġit jista', fuq inizjattiva tiegħu stess, jittratta mistoqsijiet dwar il-kompatibbiltà finanzjarja tal-proposti għal atti legalment vinkolanti. F' tali każijiet, għandu jgħarraf kif jistħoqq lill-kumitat responsabbli għas-suġġett.

5.   Jekk il-kumitat responsabbli għall-affarijiet tal-baġit jiddeċiedi li jikkontesta il-kompatibbiltà finanzjarja tal-proposta, għandu jirraporta l-konklużjonijiet tiegħu lill-Parlament qabel ma l-Parlament jivvota fuq il-proposta.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza