Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3 : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 1 - L-EWWEL QARI

Artikolu 59a : Riferiment lura lill-kumitat responsabbli

Jekk skont l-Artikolu 59, il-kwistjoni tiġi riferuta lura lill-kumitat responsabbli għal eżami mill-ġdid jew għal negozjati interistituzzjonali skont l-Artikoli 69c u 69f, il-kumitat responsabbli għandu, oralment jew bil-miktub, jirrapporta lill-Parlament fi żmien erba' xhur. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti.

Wara riferiment lura lill-kumitat, il-kumitat responsabbli jeħtieġlu, qabel ma jieħu deċiżjoni dwar il-proċedura, jippermetti li kumitat assoċjat, kif jipprevedi l-Artikolu 54, jagħmel għażliet dwar l-emendi li huma rilevanti għall-kompetenza esklużiva tiegħu, u b'mod partikolari l-għażla ta' emendi li għandhom jiġu ppreżentati mill-ġdid fil-plenarja.

Xejn ma jipprevjeni lill-Parlament milli jiddeċiedi li jagħmel, jekk ikun il-każ, dibattitu ta' konklużjoni wara r-rapport mill-kumitat responsabbli li lilu tkun ġiet riferuta lura l-kwistjoni.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza