Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3 : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 2 - IT-TIENI QARI

Artikolu 64 : Komunikazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill

1.   Il-komunikazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill skont l-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sseħħ meta titħabbar mill-President fil-Parlament. Il-President għandu jagħmel it-tħabbira wara li jkun irċieva d-dokumenti li jkun fihom il-pożizzjoni nnifisha, id-dikjarazzjonijiet kollha li jsiru fil-minuti tal-Kunsill meta jadotta il-pożizzjoni, ir-raġunijiet li wasslu lill-Kunsill sabiex jadotta l-pożizzjoni tiegħu u l-pożizzjoni tal-Kummissjoni, tradotti kif imiss fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. It-tħabbira mill-President għandha ssir waqt l-ewwel sessjoni parzjali wara l-wasla ta' dawk id-dokumenti.

Qabel jagħmel it-tħabbira, il-President għandu jistabilixxi, wara li jikkonsulta lill-president tal-kumitat responsabbli, jew ir-rapporteur, jew lit-tnejn li huma, li t-test li jkun rċieva jkun tabilħaqq pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari u li ċ-ċirkustanzi deskritti fl-Artikolu 63 ma japplikawx. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-President, flimkien mal-kumitat responsabbli u, fejn hu possibbli, bi ftehim mal-Kunsill, għandu jfittex soluzzjoni xierqa.

2.   Fil-jum meta titħabbar fil-Parlament, il-pożizzjoni tal-Kunsill għandha titqies li tkun tressqet awtomatikament quddiem il-kumitat responsabbli fl-ewwel qari.

3.   Għandha tiġi pubblikata lista ta' dawn il-komunikazzjonijiet fil-minuti tas-seduta flimkien mal-isem tal-kumitat responsabbli.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza