Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3 : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 2 - IT-TIENI QARI

Artikolu 66 : Proċedura fil-kumitat responsabbli

1.   Il-pożizzjoni tal-Kunsill għandha tiddaħħal bħala punt ta' prijorità fl-aġenda tal-ewwel laqgħa tal-kumitat responsabbli li ssir wara l-komunikazzjoni tal-pożizzjoni. Il-Kunsill jista' jiġi mistieden jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu.

2.   Ħlief jekk il-kumitat responsabbli jideċiedi mod ieħor, ir-rapporteur fit-tieni qari għandu jkun l-istess bħar-rapporteur fl-ewwel qari.

3.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 69(2) u (3) rigward l-ammissibbiltà tal-emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill għandhom japplikaw għall-proċeduri fil-kumitat responsabbli; membri u sostituti permanenti ta' dak il-kumitat biss jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda proposti għal ċaħda jew għal emendi. Il-kumitat għandu jiddeċiedi b'maġġoranza tal-voti mitfugħa.

4.   Il-kumitat responsabbli għandu jippreżenta rakkomandazzjoni għat-tieni qari li tipproponi li tapprova, temenda jew tiċħad il-pożizzjoni adottata mill-Kunsill. Ir-rakkomandazzjoni għandha tinkludi ġustifikazzjoni qasira għad-deċiżjoni proposta.

5.   L-Artikoli 49, 50, 53 u 188 m'għandhomx japplikaw waqt it-tieni qari.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza