Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 7 : PROĊEDURI INTERNI TAL-BAĠIT

Artikolu 97 : Proċedura li għandha tapplika fit-tfassil tal-estimi tal-Parlament

1.   Għall-baġit tal-Parlament, il-Bureau u l-kumitat responsabbli għall-kwistjonijiet dwar il-baġit għandhom jieħdu deċiżjonijiet fi stadji suċċessivi dwar:

(a)   l-organigramma;

(b)   l-abbozz preliminari u l-abbozzi tal-estimi.

2.   Id-deċiżjonijiet dwar l-organigramma jittieħdu skont il-proċedura li ġejja:

(a)   il-Bureau għandu jfassal l-organigramma għal kull sena finanzjarja;

(b)   għandha tinbeda proċedura ta' konċiljazzjoni bejn il-Bureau u l-kumitat responsabbli għall-affarijiet baġitarji f'każ li l-opinjoni ta' dak il-kumitat ma tkunx taqbel mad-deċiżjonijiet inizjali meħuda mill-Bureau;

(c)   fit-tmiem tal-proċedura, il-Bureau għandu jieħu d-deċiżjoni aħħarija dwar l-estimi għall-organigramma, skont l-Artikolu 222(3), mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

3.   Għall-estimi nfushom, il-proċedura għat-tfassil tal-estimi tinbeda malli l-Bureau jieħu deċiżjoni aħħarija dwar l-organigramma. L-istadji ta' dik il-proċedura għandhom ikunu dawk stipulati fl-Artikolu 96. Għandha tinbeda proċedura ta' konċiljazzjoni f'każ li l-pożizzjonijiet tal-kumitat responsabbli għall-baġit u tal-Bureau jkunu differenti ħafna.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza