Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 2 : STQARRIJIET

Artikolu 125 : Stqarrijiet mill-Qorti tal-Awdituri

1.   Fil-kuntest ta' proċedura ta' kwittanza jew tal-attivitajiet tal-Parlament f'dak li għandu x'jaqsam mal-kontroll tal-baġit, il-President tal-Qorti tal-Awdituri jista' jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni lill-Parlament sabiex jippreżenta l-kummenti nklużi fir-Rapport Annwali, fir-rapporti speċjali jew fl-opinjonijiet tal-Qorti, jew sabiex jispjega l-programm ta' ħidma tal-Qorti.

2.   Il-Parlament jista' jiddeċiedi li jorganiżża dibattitu separat, bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni u tal-Kunsill, dwar xi kwistjonijiet li jirriżultaw minn tali stqarrijiet  b'mod partikolari fejn ikunu ġew irrappurtati irregolaritajiet fl-immaniġġjar tal-finanzi.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza