TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 3 : MISTOQSIJIET PARLAMENTARI
Artikolu 131a : Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub li jikkonċernaw il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u l-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni
1. L-Artikolu 131(1), (2) u (3) fir-rigward ta' mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u l-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni, għandu japplika
mutatis mutandis. In-numru ta' tali mistoqsijiet għandu jitnaqqas mill-massimu ta' sitt mistoqsijiet fix-xahar previsti fl-Artikolu 131(1).
2. Jekk mistoqsija għal tweġiba bil-miktub ma tkunx ingħatat tweġiba fi żmien ħames ġimgħat, tista' tiġi inkluża, fuq talba tal-interpellant tagħha, fl-aġenda tal-ewwel laqgħa li l-kumitat responsabbli jkollu mal-president tal-bord tad-destinatarju.