Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 3 : REGOLI ĠENERALI DWAR IT-TMEXXIJA TAS-SEDUTI

Artikolu 164a : Prevenzjoni ta' ostruzzjoni (1)

Il-President għandu jkollu s-setgħa li jtemm l-użu eċċessiv ta' mozzjonijiet bħal punti ta' ordni, mozzjonijiet ta' proċedura jew spjegazzjonijiet tal-vot, jew talbiet għal votazzjonijiet separati, votazzjonijiet maqsuma jew votazzjonijiet b'sejħa tal-ismijiet meta jkun konvint li dawn il-mozzjonijiet jew talbiet ikunu manifestament maħsuba biex joħolqu ostruzzjoni mtawla u serja, jew jirriżultaw fiha, tal-proċeduri tal-Parlament jew tad-drittijiet tal-Membri.

(1) L-Artikolu 164a japplika mutatis mutandis għall-kumitati (ara l-Artikolu 209).
Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza