1. Fil-każ ta' ħatriet, il-votazzjonijiet għandhom isiru b'mod sigriet, bla ħsara għall-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 204(2), l-ewwel subparagrafu.
Fil-kalkolu tan-numru ta' voti mitfugħa għandhom jitqiesu biss karti tal-vot li jkun fihom l-ismijiet ta' Membri li ġew nominati.
2. Votazzjoni tista' wkoll issir b'mod sigriet jekk jintalab dan minn għadd ta' Membri jew grupp politiku jew gruppi politiċi li jilħqu tal-anqas il-limitu għoli. Dawn it-talbiet jridu jsiru qabel tibda l-votazzjoni.
3. Talba għal votazzjoni sigrieta għandha tieħu prijorità fuq talba għal votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet.
4. Minn tnejn sa tmien Membri mtellgħin bil-polza għandhom jgħoddu l-voti mitfugħa f'votazzjoni sigrieta, ħlief jekk issir votazzjoni elettronika.
Fil-każ ta' votazzjonijiet skont il-paragrafu 1, m'għandux ikun hemm kandidati fost dawk li jgħoddu l-voti.
L-ismijiet ta' Membri li jieħdu sehem f'votazzjoni sigrieta għandhom jitniżżlu fil-minuti tas-seduta li fiha jkun ittieħed il-vot.