Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Lulju 2018
EPUB 197kPDF 1110k
KONTENUT
APPENDIĊI
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 7 : REKORD PUBBLIKU TAL-PROĊEDURI

Artikolu 195 : Rekord awdjoviżiv tad-diskussjonijiet

1.   Id-diskussjonijiet tal-Parlament bil-lingwi li jsiru, kif ukoll is-soundtrack multilingwi minn kull kabina attiva tal-interpretazzjon, għandhom jixxandru fil-ħin reali fil-websajt tiegħu.

2.   Eżatt wara s-seduta għandu jsir rekord awdjoviżiv indiċizzat tad-diskussjonijiet bil-lingwi li jsiru fihom, kif ukoll is-soundtracks multilingwi minn kull kabina attiva tal-interpretazzjoni u dawn għandhom isiru disponibbli fil-websajt tal-Parlament għall-kumplament tal-mandat parlamentari u matul il-mandat parlamentari li jmiss, u wara dan iż-żmien dawn għandhom jinħażnu fir-rekords tal-Parlament. Dan ir-rekord awdjoviżiv għandu jkun marbut permezz ta' ħolqa mar-rapporti verbatim tad-diskussjonijiet malli dawn ikunu disponibbli.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza