APPENDIĊI : VERZJONI TAL-ARTIKOLI 11(6), 196 SA 200, 204 U 212 APPLIKABBLI MILL-FTUĦ TAS-SESSJONI PARZJALI TA’ LULJU 2019 (SKONT ID-DEĊIŻJONIJIET TAL-PARLAMENT EWROPEW TAT-13 TA' DIĊEMBRU 2016 U TAL-31 TA' JANNAR 2019)
Artikolu 11
6. Il-Membri għandhom iżommu lura minn kull tip ta' fastidju psikoloġiku jew sesswali u għandhom jirrispettaw il-Kodiċi ta' Mġiba Xierqa għall-Membri tal-Parlament Ewropew fil-Qadi ta' Dmirijiethom li huma mehmuża ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness.
Il-Membri ma jistgħux jiġu eletti għal kariga fil-Parlament jew f'wieħed mill-korpi tiegħu, jinħatru bħala rapporteur, jew jipparteċipaw f'delegazzjonijiet uffiċjali jew f'negozjati interistituzzjonali, jekk ma jkunux iffirmaw id-dikjarazzjoni relatata ma' dak il-Kodiċi.
Artikolu 196 : Twaqqif ta' Kumitati Permanenti
Il-Parlament għandu, fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, iwaqqaf kumitati permanenti. Ir-responsabbiltajiet tagħhom għandhom ikunu stabbiliti f'anness għal dawn ir-Regoli ta' Proċedura(1). Dak l-Anness għandu jiġi adottat minn maġġoranza tal-voti mitfugħa. Il-Membri tagħhom għandhom jiġu eletti fl-ewwel sessjoni parzjali wara l-elezzjoni ta' Parlament ġdid.
Ir-responsabbiltajiet tal-kumitati permanenti jistgħu wkoll jiġu definiti mill-ġdid f'ħin differenti mill-ħin meta l-kumitat ikun qed jitwaqqaf.
Artikolu 197 : Kumitati Speċjali
1. Il-Parlament jista' f'kull ħin, fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti, iwaqqaf kumitati speċjali, li r-responsabbiltajiet, is-saħħa numerika u l-mandat tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fl-istess ħin li tittieħed id-deċiżjoni li jitwaqqfu.
2. Il-mandat tal-kumitati speċjali m'għandux jeċċedi t-tnax-il xahar, ħlief meta l-Parlament jestendi dak il-mandat qabel ma jiskadi. Sakemm ma jkunx ġie deċiż mod ieħor fid-deċiżjoni tal-Parlament li biha jitwaqqaf il-kumitat speċjali, il-mandat tal-imsemmi kumitat speċjali għandu jibda jiddekorri mid-data tal-laqgħa kostitwenti tiegħu.
3. Il-kumitati speċjali ma jistgħux jagħtu opinjonijiet lil kumitati oħra.
Artikolu 198 : Kumitati ta' inkjesta
1. Skont l-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(2), il-Parlament jista', fuq talba ta' kwart tal-Membri tiegħu, iwaqqaf kumitat ta' inkjesta biex jinvestiga allegazzjoni ta' ksur jew amministrazzjoni ħazina fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni li jkunu jidhru li jkunu atti ta' xi istituzzjoni jew korp tal-Komunitajiet Ewropej, ta' xi korp ta' amministrazzjoni pubblika ta' xi Stat Membru, jew ta' persuni li għandhom setgħa mogħtija mil-liġi tal-Unjoni sabiex jimplimentaw dik il-liġi.
Is-suġġett tal-inkjesta, kif definit minn kwart tal-Membri li jagħmlu parti mill-Parlament, u l-perjodu ta' żmien stipulat fil-paragrafu 11 m'għandhomx ikunu jistgħu jiġu emendati.
2. Id-deċiżjoni li jitwaqqaf kumitat ta' inkjesta għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien xahar minn meta tittieħed.
3. Il-modus operandi ta' kumitat ta' inkjesta għandu jkun regolat mid-dispożizzjonijiet ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura dwar il-kumitati, ħlief jekk ikun stipulat speċifikament mod ieħor f'dan l-Artikolu u fid-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA.
4. It-talba sabiex jitwaqqaf kumitat ta' inkjesta trid tispeċifika b'mod preċiż is-suġġett tal-inkjesta u tinkludi stqarrija dettaljata tar-raġunijiet għala qed issir. Il-Parlament, fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti, għandu jiddeċiedi jekk għandux jitwaqqaf kumitat u, jekk jiddeċiedi li dan għandu jitwaqqaf, għandu jiddeċiedi dwar is-saħħa numerika tiegħu.
5. Il-kumitati ta' inkjesta ma jistgħux jagħtu opinjonijiet lil kumitati oħra.
6. Fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti tiegħu, huma biss il-membri sħaħ jew, fl-assenza tagħhom, is-sostituti li jkollhom id-dritt jivvutaw f'kumitat ta' inkjesta.
7. Kumitat ta' inkjesta għandu jeleġġi l-president u l-viċi presidenti tiegħu u jaħtar rapporteur wieħed jew iżjed. Il-kumitat jista' wkoll jassenja responsabbiltajiet, dmirijiet u doveri speċifiċi lill-Membri tiegħu li mbagħad ikunu jridu jibdew jagħtu rapporti dettaljati lill-kumitat.
8. Fl-intervall bejn laqgħa u oħra, il-koordinaturi tal-kumitat għandhom, f'każi ta' urġenza jew ħtieġa, jeżerċitaw is-setgħat tal-kumitat, azzjoni li tkun suġġetta għar-ratifika tal-kumitat fil-laqgħa li jkun imiss tiegħu.
9. Fir-rigward tal-lingwi użati, kumitat ta' inkjesta għandu japplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 158. Madankollu, il-bureau tal-kumitat:
- jista' jillimita l-interpretazzjoni għal-lingwi uffiċjali tal-membri tal-kumitat li għandhom jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet, jekk iqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità,
- għandu jiddeċiedi dwar it-traduzzjoni ta' dokumenti li jkun irċieva, b'mod li jiżgura li l-kumitat ikun jista' jwettaq id-deliberazzjonijiet tiegħu b'mod effiċjenti u malajr, kif ukoll jiżgura li s-segretezza u l-kunfidenzjalità rikjesti jkunu rispettati.
10. Meta l-allegati ksur jew amministrazzjoni ħażina fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni jissuġġerixxu li korp jew awtorità ta' Stat Membru jistgħu jkunu responsabbli, il-kumitat ta' inkjesta jista' jitlob lill-parlament tal-Istat Membru kkonċernat jikkoopera fl-investigazzjoni.
11. Kumitat ta' inkjesta għandu jtemm xogħlu bil-preżentazzjoni lill-Parlament ta' rapport dwar ir-riżultati tax-xogħol tiegħu fi żmien ta' mhux aktar minn tnax-il xahar mil-laqgħa kostitwenti tiegħu. Il-Parlament jista' jiddeċiedi, għal darbtejn, li jestendi dan il-perjodu bi tliet xhur kull darba. Jekk ikun xieraq, ir-rapport jista' jkun fih pożizzjonijiet tal-minoranza skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 52a. Ir-rapport għandu jkun ippubblikat.
Fuq talba tal-kumitat ta' inkjesta l-Parlament għandu jagħmel dibattitu dwar ir-rapport fis-sessjoni parzjali li jkun imiss wara li jiġi ppreżentat.
12. Il-kumitat jista' wkoll jippreżenta lill-Parlament abbozz ta' rakkomandazzjoni indirizzat lil istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni Ewropea jew lill-Istati Membri.
13. Il-President għandu jagħti struzzjonijiet lill-kumitat responsabbli skont l-Anness VI sabiex jissorvelja l-azzjonijiet li ttieħdu bħala riżultat tax-xogħol tal-kumitat ta' inkjesta u, jekk ikun il-każ, sabiex jirraporta dwar dan. Il-President għandu jieħu kwalunkwe pass ieħor li jidhirlu xieraq sabiex jiżgura li l-konklużjonijiet tal-inkjesta jitpoġġew fil-prattika.
Artikolu 199 : Kompożizzjoni tal-kumitati
1. Membri tal-kumitati, tal-kumitati speċjali u tal-kumitati ta' inkjesta għandhom jinħatru mill-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati.
Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tistabbilixxi skadenza li fiha l-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati għandhom jikkomunikaw il-ħatriet tagħhom lill-President, li mbagħad għandu jħabbarhom lill-Parlament.
2. Il-kompżizzjoni tal-kumitati għandha tirrifletti, sa fejn ikun possibbli, il-kompożizzjoni tal-Parlament. It-tqassim tas-siġġijiet tal-kumitati fost il-gruppi politiċi għandu jkun l-eqreb numru sħiħ 'il fuq jew l-eqreb numru sħiħ 'l isfel mill-kalkolu proporzjonali.
Meta ma jkun hemm l-ebda qbil fost il-gruppi politiċi dwar il-piż proporzjonali tagħhom fi ħdan kumitat speċifiku wieħed jew aktar, hija l-Konferenza tal-Presidenti li għandha tiddeċiedi.
3. Jekk grupp politiku jiddeċiedi li ma jokkupax siġġijiet f'kumitat, jew jonqos milli jaħtar il-membri tiegħu fl-iskadenza stabbilita mill-Konferenza tal-Presidenti, dawn is-siġġijiet għandhom jibqgħu battala. L-iskambju ta' siġġijiet bejn il-gruppi politiċi mhuwiex permess.
4. Meta l-fatt li Membru jibdel il-grupp politiku tiegħu jkollu l-effett li jħarbat id-distribuzzjoni proporzjonali tas-siġġijiet tal-kumitat kif definita fil-paragrafu 2, u ma jkun hemm l-ebda ftehim fost il-gruppi politiċi biex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji stabbiliti fih, il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa.
5. Kwalunkwe modifika li tiġi deċiża għall-ħatriet mill-gruppi politiċi u mill-Membri mhux affiljati għandha tiġi kkomunikata lill-President, li għandu jħabbarha lill-Parlament sa mhux aktar tard mill-bidu tas-seduta li jkun imiss. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jidħlu fis-seħħ mill-jum tat-tħabbira.
6. Il-gruppi politiċi u l-Membri mhux affiljati jistgħu jaħtru numru ta' sostituti għal kull kumitat li m'għandux jaqbeż in-numru ta' membri sħaħ li l-grupp politiku jew il-Membri mhux affiljati jkollhom il-jedd li jaħtru fil-kumitat. Il-President għandu jkun infurmat b'dan. Dawn is-sostituti għandu jkollhom il-jedd li jattendu u li jitkellmu fil-laqgħat tal-kumitat u, jekk il-membru sħiħ ikun assenti, li jieħdu sehem fil-votazzjonijiet.
7. F'każ ta' assenza tal-membru sħiħ u meta ma jkunux inħatru sostituti jew dawn tal-aħħar ikunu assenti, il-membru sħiħ jista' jagħmel arranġamenti sabiex ikun rappreżentat fil-laqgħat minn membru ieħor tal-istess grupp politiku, jew, meta l-membru jkun Membru mhux affiljat, minn Membru mhux affiljat ieħor, li għandu jkollu l-jedd li jivvota. Il-president tal-kumitat għandu jiġi notifikat sa mhux aktar tard mill-bidu tas-sessjoni tal-votazzjoni.
In-notifika bil-quddiem imsemmija fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 7 għandha tingħata qabel tmiem id-dibattitu jew qabel il-ftuħ tal-votazzjoni fuq il-punt jew il-punti li fir-rigward tagħhom il-membru sħiħ għandu jiġi sostitwit.
Skont dan l-Artikolu:
– l-istatus ta' membru sħiħ jew ta' membru sostitut ta' kumitat jiddependi esklużivament minn jekk wieħed ikunx membru ta' grupp politiku partikulari;
– jekk in-numru ta' membri sħaħ ta' grupp politiku f'kumitat jinbidel, l-akbar numru ta' sostituti permanenti li jista' jaħtar fuq dak il-kumitat għandu jinbidel bl-istess mod;
– il-Membri li jibdlu l-grupp politiku tagħhom ma jistgħux iżommu l-istatus ta' membru sħiħ jew ta' membru sostitut ta' kumitat li kellhom bħala membru tal-grupp oriġinali tagħhom;
– membru ta' kumitat ma jistax, taħt l-ebda ċirkustanza, ikun sostitut għal kollega li jkun jappartjeni għal grupp politiku ieħor.
Artikolu 200 - Sostituti : (imħassar)
Rule 204 : Committee bureaux
1. At the first committee meeting after the appointment of committee members pursuant to Rule 199, and again two and a half years thereafter, the committee shall elect a bureau consisting of a Chair and of Vice-Chairs from among its full members in separate ballots. The number of Vice- Chairs to be elected shall be determined by Parliament upon a proposal by the Conference of Presidents. The diversity of Parliament must be reflected in the composition of the bureau of each committee; it shall not be permissible to have an all male or all female bureau or for all of the Vice-Chairs to come from the same Member State.
2. Where the number of nominations corresponds to the number of seats to be filled, the election shall take place by acclamation. However, if there is more than one candidate on a given ballot, or members or a political group or groups reaching at least the high threshold in the committee requested a vote, the election shall take place by secret ballot.
If there is only one candidate, the election shall be by an absolute majority of the votes cast, for and against.
If there is more than one candidate, the candidate who obtains an absolute majority of the votes cast at the first ballot shall be elected. At the second ballot, the candidate who obtains the highest number of votes shall be elected. In the event of a tie, the oldest candidate shall be elected.
3. The following Rules concerning the Officers of Parliament shall apply mutatis mutandis to committees: Rule 14 (Provisional Chair), Rule 15 (Nominations and general provisions), Rule 16 (Election of President – opening address), Rule 19 (Term of office of Officers) and Rule 20 (Vacancies).
Artikolu 212 : Twaqqif u dmirijiet ta' delegazzjonijiet interparlamentari
1. Fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament għandu jwaqqaf delegazzjonijiet interparlamentari permanenti u, filwaqt li jqis id-dmirijiet tagħhom, jiddeċiedi dwar in-natura tagħhom u dwar in-numru ta' membri li jiffurmawhom. Il-membri għandhom jinħatru mill-gruppi politiċi u mill-Membri mhux affiljati matul l-ewwel jew fit-tieni sessjoni parzjali wara li l-Parlament jerġa' jiġi elett u l-elezzjoni tagħhom tkun tgħodd għal-leġiżlatura sħiħa.
2. Il-gruppi politiċi għandhom jiżguraw sa fejn hu possibbli li l-Istati Membri, il-fehmiet politiċi u l-ġeneri huma rrappreżentati b'mod ġust. Ma għandux ikun permess li aktar minn terz tal-membri ta' delegazzjoni jkollhom l-istess nazzjonalità. L-Artikolu 199 għandu japplika mutatis mutandis.
3. Il-bureaux tad-delegazzjonijiet għandhom jitwaqqfu skont il-proċedura stabbilita għall-kumitati permanenti skont l-Artikolu 204.
4. Il-Parlament għandu jistabbilixxi s-setgħat ġenerali tad-delegazzjonijiet individwali. Huwa jista' f'kull ħin jiddeċiedi li jżid jew inaqqas dawn is-setgħat.
5. Id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni meħtieġa sabiex id-delegazzjonijiet ikunu jistgħu iwettqu xogħolhom għandhom ikunu adottati mill-Konferenza tal-Presidenti fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti tad-Delegazzjonijiet.
6. Il-president ta' delegazzjoni għandu jippreżenta rapport dwar l-attivitajiet tad-delegazzjoni lill-kumitat responsabbli għall-affarijiet barranin u s-sigurtà.
7. Il-president ta' delegazzjoni għandu l-possibilita’ li jinstema' minn kumitat meta fl-aġenda jkun hemm punt li jikkonċerna l-qasam ta' responsabbiltà tad-delegazzjoni. Dan għandu japplika ukoll għall-president jew għar-rapporteur ta' dak il-kumitat f'laqgħat tad-delegazzjoni.
Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 1995 dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċitar tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew (ĠU L 113, 19.5.1995, p. 1).