TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 3 : PROĊEDURA LEĠIŻLATTIVA ORDINARJA
TAQSIMA 4 - KONĊILJAZZJONI U T-TIELET QARI
Artikolu 69g : Estensjoni tal-limiti taż-żmien
1. Il-President għandu, fuq talba tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-kumitat ta' konċiljazzjoni, jestendi l- l-limiti ta' żmien għat-tielet qari skont l-Artikolu 294(14) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
2. Il-President għandu javża lill-Parlament b'kull estensjoni tal-limitu ta' żmien taħt l-Artikolu 294(14) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sew jekk dawk l-estensjonijiet ikunu fuq inizjattiva tal-Parlament sew jekk ikunu fuq inizjattiva tal-Kunsill.