Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Frar 2019
EPUB 157kPDF 1044k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU II : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI, TAL-BAĠIT, TAL-KWITTANZA U OĦRAJN
KAPITOLU 6 : PROĊEDURI TAL-BAĠIT

Artikolu 94 : Proċeduri oħra ta' kwittanza

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta' għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw ukoll għall-proċedura ta' għoti ta' kwittanza:

-   lill-President tal-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew;

-   lill-persuni responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġits ta' istituzzjoniijiet u korpi oħra tal-Unjoni Ewropea bħal ma huma l-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni;

-   lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp;

-   lill-korpi responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-baġit ta' entitajiet li huma legalment indipendenti u li jwettqu dmirijiet tal-Unjoni, sa fejn l-attivitajiet tagħhom ikunu suġġetti għal dispożizzjonijiet legali li jirrikjedu kwittanza mill-Parlament Ewropew.

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza