Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Marzu 2019
EPUB 157kPDF 1046k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

ANNESS V : SETGĦAT U RESPONSABBILTAJIET TAL-KUMITATI PERMANENTI(1)
XIII.   Kumitat għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali

Kumitat responsabbli:

1.   għall-operat u l-iżvilupp tal-politika agrikola komuni;

2.   għall-iżvilupp rurali, inklużi l-attivitajiet tal-istrumenti finanzjarji rilevanti;

3.   għal-leġislazzjoni dwar:

(a)   kwistjonijiet veterinarji u li għandhom x'jaqsmu mas-saħħa tal-pjanti u mal-għalf, kemm-il darba dawn il-miżuri ma jkunux intiżi sabiex titħares s-saħħa tal-bniedem,
(b)   it-trobbija u l-benesseri tal-annimali;

4.   għat-titjib fil-kwalità tal-prodotti agrikoli;

5.   għall-provvista ta' materja prima għall-agrikoltura;

6.   għall-Uffiċċju Komunitarju għall-Varjetajiet tal-Pjanti;

7.   għall-imsaġar u s-sistema agroforestali.

(1)Adottat permezz ta' deċiżjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Jannar 2014.
Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza