Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
It-tmien leġislatura - Marzu 2019
EPUB 157kPDF 1046k
KONTENUT
APPENDIĊI
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA
KAPITOLU 6 : KONSULTAZZJONI TA' ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA

Artikolu 139 : Talbiet lill-Aġenziji Ewropej

1.   Meta l-Parlament ikollu d-dritt li jippreżenta talba lil xi aġenzija Ewropea, kull Membru jista' jippreżenta tali talba bil-miktub lill-President tal-Parlament. Tali talbiet għandhom ikunu dwar materji li jaqgħu fil-kompetenza ta' aġenzija konċernata u għandhom jinkludu tagħrif bażiku li jispjega l-kwistjoni u l-interess tal-Unjoni.

2.   Wara li jkun ikkonsultat il-kumitat responsabbli, il-President għandu jew jgħaddi t-talba lill-aġenzija inkella jieħu l-azzjoni xierqa. Il-Membru li jkun qed jippreżenta t-talba għandu jkun infurmat b'dan minnufih. Kull talba li tintbagħat mill-President lill-Aġenzija għandha tinkludi limitu ta' żmien li fih tingħata tweġiba.

3.   Jekk l-Aġenzija tqis li hi ma tistax tirrispondi għat-talba kif ifformulata, jew jekk tfittex li t-talba tiġi modifikata, hija għandha tinforma b'dan lill-President li, min-naħa tiegħu, għandu jieħu l-azzjoni xierqa, wara li jikkonsulta lill-kumitat responsabbli jekk ikun meħtieġ.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Mejju 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza